Bil-Filmat: Il-Kap Tal-Opożizzjoni U S-Sinjura Annemarie Grech Jiddiskutu Jum Il-Mara

Illum il-Kap tal-Opożizzjoni flimkien mas-Sinjura tiegħu Annemarie, iddiskutew l-importanza tal-mara fis-soċjetà Maltija u l-isfidi li jħabbtu wiċċhom magħhom speċjalment f’din is-sena li għaddejna minnha tal-pandemija.
Iddiskutew l-effetti li lkoll għaddejna minnhom tul din is-sena iżda li affettwaw ħafna wkoll lin-nisa.
Ipparteċipaw ukoll nisa li jaħdmu f’setturi differenti fejn elenkaw il-kuraġġ li l-mara għandha kif taffaċċja kull sitwazzjoni li tiġi quddiemha, mhux inqas bħalissa. Amy Zahra tenniet li din is-sena, ġiet ippubblikata inqas riċerka min-nisa filwaqt li tenniet li ħafna mill-ħidma fil-qasam tas-saħħa, isir min-nisa.