Bil-Filmat: “Il-Midja Hija R-Raba Pilastru Għal Demokrazija B’Saħħitha” – Il-PM

 Bil-Filmat: “Il-Midja Hija R-Raba Pilastru Għal Demokrazija B’Saħħitha” – Il-PM

Illum, il-Prim Ministru Robert Abela kellu attività differenti mis-soltu fejn kien intervistat mill-ġurnalisti:

Liam Carter-TVM, Albert Galea-Malta Independent, Tim Diacono-Lovin Malta u Kelly Peplow – One News.

Liam Carter staqsa lill-Prim Ministru għar-reazzjoni tiegħu dwar dak li ġara lbieraħ fejn 11-il persuni ttieħdu fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin fosthom Keith Schembri. Il-PM wieġeb li dan kollu juri li l-istituzzjonijiet ta’ pajjiżna qegħdin jaħdmu b’mod indipendenti u bla ma jħarsu lejn wiċċ ħadd. Tenna li dak tal-bieraħ, kien messaġġ konsistenti fejn f’dawn l-aħħar xhur rajna riżultativ effettivi u b’mod indipendenti minn kulħadd. “Il-Gvern ried jibgħat messaġġ li hu konvint f’saltna tad-dritt u m’għamilnhiex bidliet kosmetiċi.”

Il-PM wkoll fakkar li ħafna mill-akkużi li kien hemm mal-każ tal-bieraħ, immorru lura għal qabel l-2013. Abela tenna li grazzi għall-fatt li l-Gvern Laburista saħħaħ l-FIAU, it-Taqsima tar-Reati Ekonomiċi fil-Korp tal-Pulizija, Il-Financial Section kif ukoll issaħħaħ il-korp minn fuq s’isfel saħansitra mill-Kummissarju innifsu.

Spjega wkoll il-ġid kbir li nħoloq minn dan il-Gvern f’dawn l-aħħar 8 snin fejn il-Gvern kien katalista ta’ tant bidliet kbar anke fuq livell soċjali. Tenna li minn rapport li sar mill-MONEYVAL, instabu problemi strutturali li writniehom mill-2000 ‘il quddiem.

Il-PM wieġeb lil Tim Diacono, dwar il-fatt li Keith Schembri taħt it-tmexxija tiegħu, lanqas biss huwa membru tal-Partit Laburista u l-fatt li hawn min jgħid li għadu integrali fil-Partit Laburista, din niċħadha b’mod assolut u kategoriku.

“Jien għandi s-serenità li nieħu d-deiċżjonijiet li hemm bżonn f’dak li huwa meħtieġ fl-interess nazzjonali għaliex ma teżisti l-ebda kambjala li wieħed jista’ jagħmel kontrija.”

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com