Bil-Filmat: Il-Prim Ministru Jiltaqa’ Mat-Tfalja Li Tbati Mis-Cystic Fibrosis, U Jtiha Aħbar

 Bil-Filmat: Il-Prim Ministru Jiltaqa’ Mat-Tfalja Li Tbati Mis-Cystic Fibrosis, U Jtiha Aħbar
F’filmat imtella’ mill-Prim Ministru  jidher li huwa ltaqa’ ma’ Mandy Vella, tfajla Maltija li tbati mis-Cystic Fibrosis. Mandy Vella ma tistax tixtri l-mediċina li għandha bżonn, filwaqt li l-gvern, attwalment, mhux qed jipprovdilha din il-mediċina li tiswa madwar €18,000 fix-xahar. Iżda llum, il-Prim Ministru Robert Abela ta l-aħbar lil Mandy li l-Gvern ħa d-deċiżjoni li “nipprovdu din il-mediċina lilha u persuni oħra li għandhom l-istess kundizzjoni.”
Issa li hemm il-fondi allokati, il-gvern se jkun qed jibda l-proċess meħtieġ biex il-mediċina tinxtara.
Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com