Bil-Filmat: Kommossjoni F’Ħad-Dingli – Jitkissru Għelieqi … Il-Moviment Graffiti Jwaqqfu L-Gaffa
Il-Moviment Graffiti ħarġu ‘live’ minn Ħad-Dingli fejn jidher li xi għelieqi tkissru sa minn kmieni fis-6 ta’ filgħodu.
Tennew li qalgħu siġra tal-ħarrub viċin it-300 sena u li bħalissa qed titqatta’ biċċiet. Qalu wkoll li bdew fis-6 ta’ filgħodu apposta sabiex jilħqu jlestu sakemm iqumu n-nies.
Skont huma, il-bini tiela’ f’ODZ u qed jitlobu risposta mingħand il-Ministru.
“Għandna dritt inkunu nafu”, kienet l-għajta tagħhom. “Qed jinoraw kull regola tagħhom stess!”