Bil-Filmat: Salvat B’Qasba!

 Bil-Filmat: Salvat B’Qasba!

Fl-Ukraina, tifel li spiċċa maqtugħ għalih fuq biċċa silġ fi xmara ġie salvat b’mod innovattiv għall-aħħar.

Richard Gorda, sajjied li kien fil-viċinanzi qabad il-qasba, rabat ftit toqol mal-ispaga u tefaha lejn il-blokka li fuqha kien hemm it-tifel.

B’mira preċiża, huwa rnexxielu jagħmel dan, u bil-mod il-mod seta’ jiġbed il-blokka tas-silġ sabiex it-tifel ikun salvat.

It-temperatura fi Kiev hija viċin iż-żero gradi Celsius, u allura kieku t-tifel kellu jgħum fl-ilma nġazzat jaf kien ikollu konsegwenzi koroh.

Grazzi għal manuvra ta’ Gorda, it-tifel lanqas biss kellu għalfejn ixarrab saqajh!

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com