Bil-Filmat: “Se Noħorġu Minn Din L-Isfida…” – Il-Ministru Owen Bonnici

 Bil-Filmat: “Se Noħorġu Minn Din L-Isfida…” – Il-Ministru Owen Bonnici
Dalgħodu fost dawk li pparteċipaw f’diskussjoni parlamentari dwar il-pandemija tal-COVID-19, kien hemm il-Ministru għar-Riċerka, Innovazzjoni u l-Istrateġija għal wara l-Covid-19 Dr. Owen Bonnici fejn sostna l-appell biex inkomplu nsegwu d-direttivi tal-awtoritajiet tas-saħħa pubblika.
Stqarr li ma’ kull jum li jgħaddi, mal-poplu tagħna qed tinbena tarka bil-vaċċinazzjoni li ta’ kuljum issir iktar b’saħħitha.
Semma wkoll ir-reżiljenza tat-tfal fejn qal li kienu ta’ mudell għall-adulti ta’ kif għandha tkun id-dixxiplina u l-osservanza tar-regoli. 
Tenna wkoll li minn issa, qed issir ħidma sfiqa biex kif noħorġu minn din l-isħaba jkollna strateġija li ma tħarisx biss lejn l-aspett ekonomiku imma wkoll lejn l-aspett soċjali. Semma kif permezz ta’ din l-istrateġija, pajjiżna jkun f’pożizzjoni li jgħeleb l-isfidi ambjentali u diġitali li tant huma importanti fejn hawnhekk irringrazzja lill-Professur Simone Borg u t-tim tagħha li qed tagħmel ħafna xogħol fejn iddedikat il-ħin tagħha biex tiltaqa’ ma’ persuni u entitajiet sabiex tkun tista’ titfassal strateġija li ġġib flimkien ix-xewqat u l-aspirazzjonijiet tagħhom.
“Min-naħa tagħna qed nagħtu l-enerġija kollha tagħna biex hekk kif din l-isħaba tgħaddi pajjiżna jkompli miexi ‘l quddiem u jsir verżjoni aħjar ta’ dak li konna qabel tfaċċat il-pandemija”, temm il-Ministru Bonnici.
Segwu aktar fil-filmat:

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com