Bil-Filmat: Waslet Il-Ġimgħa Ddedikata Lil Ġesù Redentur Fl-Isla …
Ġimgħa ddedikata lil Ġesu Redentur… tibda nhar it-Tnejn 8 ta’ Marzu sal-Ġimgħa 12 ta’ Marzu. Bosta jkollhom weġgħat, u ringrazzjamenti kif ukoll grazzji li jaqilgħu u li ta’ dan imorru jirringrazzjaw lil Ġesù redentur.
Din il-ġimgħa tkun iddedikata fil-Bażilika ta’ Marija Bambina fl-Isla fejn ir-Redentur ser ikun espost fil-Knisja.
Fil-Bażilika se jkun hawn quddiesa fl-10.00am kull jum.
Il-Ġimġħa 12 ta’ Marzu: il-quddies ser ikun fis-6.00am, 7.00am, 8.00am 9.30am (Immexxija mill-Arċisqof Charles J. Scicluna) u fil-11.00am. Filgħaxija fil-5.00pm, 6.00pm u fi 7.00pm.
Fi 8.00pm ser issir laqgħa ta’ talb għaż-żgħażagħ.
Il-Ħamis u l-Ġimgħa ta’ dik il-ġimgħa il-Knisja ser tkun miftuħa mis-6.00am sa nofsilejl.
Tagħrif fuq il-proċeduri u l-miżuri tas-saħħa ser ikunu qegħdin fis-seħħ. Aktar tagħrif u dettalji fil-jiem li ġejjien.
L-Arċipriet, il-KanonkuRobin Camilleri tenna li kull faxxa t’età tmur iżżuru lir-Redentur, fejn tul il-jum kollu, ir-Redentur qatt ma jkun waħdu u d-devozzjoni lejh hija kbira mhux fl-Isla biss, iżda anke mill-gżira Għawdxija. Qal kif is-sena l-oħra ma sarux attivitajiet spiritwali minħabba l-pandemija iżda din is-sena, se jkunu konformi mar-regoli ta’ dawn iż-żminijiet.
“Apparti l-istatwa, hemm il-messaġġ ta’ Ġesù mgħobbi bis-salib u meta nħarsu lejh, hemm messaġġ li jgħidilna kemm iħobbna u lest li jkun hemm għalina”, tenna l-Arċipriet.