Birkirkara Ma Jfallux Iżda Floriana u Balzan Miżmuma

 Birkirkara Ma Jfallux Iżda Floriana u Balzan Miżmuma

Fic-Centenary Stadium Birkirkara FC għelbu lill-Tarxien Rainbows 3 – 0 bit-tlett gowls fit-tieni taqsima. L-eroj għal stripes kien Luke Montabello b’doppjetta personali fil-47 u fil-76 minuta. Federico Falcone fil-69 minuta għamel l-iskor 2 – 0.

Riżultat finali Tarxien Rainbows 0 Birkirkara 3.

Fil-Hibernians Stadium Floriana u Balzan ħadu punt kull wieħed fid-draw ta’ mingħajr gowls. Dan id-draw ftit li xejn għamel differenza għaż-żewġ timijiet hekk kif it-tnejn li huma baqaw jimilitaw fil-pużizzjonijiet t’isfel fil-klassifika.

 

Ritratt: Birkirkara FC / Joe Borg

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com