Bosta Jagħtu Tislima Lill-Ġurnalist Veteran Godfrey Grima…

 Bosta Jagħtu Tislima Lill-Ġurnalist Veteran Godfrey Grima…

Ilbieraħ tħabbret il-mewt tal-ġurnalist veteran Godfrey Grima li kien miż-Żejtun. Miet fl-età ta’ 79 sena u jibqa’ magħruf għall-ġurnaliżmu kemm lokali u anke dak internazzjonali. Min-naħa tagħna fuq is-sit Stradarjali.com tajnieh tislima wkoll.

Fil-fatt, ħadem ukoll mal-Financial Times tal-Ingilterra. Frans Galea, li m’għandu bżonn tal-ebda introduzzjoni fil-qasam tal-kibta, fejn kiteb bosta kotba, poeżiji u għamel ukoll ħafna riċerki, kiteb dawn il-versi b’tislima lil Godfrey…

 

lil Godfrey

id-dinja hekk
titlaq qisek ma kont xejn
bl-għerf u t-tiftix li
ġbart tul is-snin
fil-ġlieda miegħek innifsek
ħa tagħraf dak tal-bidu
u fejn hu t-tmiem
li jseddaq il-moħħ
li jħabbat fuq it-tnabar
li l-eku tagħhom jiġri
tul il-wied tad-dmugħ
u minflok ma semgħet
il-kotra l-kbira
jkunu fehmu l-ftit biss
tal-inqas int u jien
fhimna li l-fehma tagħna
hi waħda soda
profonda għax infinita
fil-verita` tagħha
u d-dinja tbaxxi rasha
jekk mhux illum
pitgħada
29.03.2021

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com