Brian Tonna, Karl Cini U Sħabhom Ma Jingħatawx Il-Libertà Proviżorja
Il-Maġistrat Donatella Frendo Dimech ċaħdet it-talba għal-libertà proviżorja ta’ Brian Tonna, Karl Cini, Manuel Castagna u Katrin Bondin Carter minn Nexia BT.
Fost l-akkużi li qed jaffaċċjaw hemm dawk ta’ korruzzjoni, ħasil ta’ flus u frodi, fost l-oħrajn.
Is-seduta kienet aġġornata għal nhar it-Tlieta.
Dan seġġ wara li dalgħodu l-maġistrat Donatella Frendo Dimech ordnat li Keith Schembri għandu jibqa’ taħt arrest fil-ħabs ta’ Kordin wara li rrifjutat it-talba għall-ħelsien mill-arrest.
Flimkien ma’ Keith Schembri il-Qorti ċaħdet il-ħelsien mill-arrest lil Malcolm Scerri u Robert Zammit.
Il-Qorti ordnat li missier Keith Schembri, Alfio Schembri, jingħata l-ħelsien mill-arrest. Dan sar b’numru ta’ kundizzjonijiet li ġew imposti.