Bil-Filmat: Claudia Faniello B’Verżjoni Ġdida Tal-Innu Tal-Ħelsien
Ilbieraħ filgħaxija Claudia Faniello xerdet fuq il-profili tal-midja soċjali tagħha interpretazzjoni artistika tal-Innu tal-Ħelsien. F’arranġament mużikali minn Elton Zarb ta’ dan l-innu li llum jgħodd 42 sena.
Tul is-snin dan l-innu ġie interpretat minn bosta kantanti differenti bħal Mary Rose Mallia, Renato, Mary Spiteri, Bayzo, Catherine Vigar, Paul Giordimaina, Ira Losco, Ivan Grech, Joe Cutajar, Georgina Abela, Ralph Mangion, Ryan Abela.
Il-ħoss ta’ dan l-innu huwa ukoll sinonimu mar-rockopera tant popolari Ġensa.
L-Innu tal-Ħelsien kien ikkumisjonat mill-eks Prim Ministru Dom Mintoff ftit xhur qabel id-data storika tal-31 ta’ Marzu 1979.
Dom Mintoff kien qabbad lill-kompożitur magħruf Mikis Theodorakis biex jikkomponi l-mużika tal-innu “Lil Malta f’Jum il-Ħelsien”, miktub mill-poeta Malti Karmenu Vassallo. L-Innu ndaqq għall-ewwel darba fil-31 ta’ Marzu 1979 mill-Berlin Philharmonic Orchestra taħt it-tmexxija ta’ Herbert von Karajan.
Hija qalet li huwa ta’ unur għaliha li tkun parti minn dawn iċ-ċelebrazzjonijiet ta’ “avvenimenti storiku fl-istorja ta’ pajjiżna”.
Segwi l-interpretazzjoni ta’ Claudia Faniello f’dan il-filmat: