“Dan Il-Qaddis Ħaqqu Funeral Statali”
Wara l-mewt ta’ Ġorġ l-Għannej tal-Mulej it-Tnejn filgħaxija, ħafna qed isostnu li Ġorġ ħaqqu funeral statali. Fost dawn il-ħafna persuni hemm Peppi Azzopardi li sostna li Ġorġ l-Għannej tal-Mulej għandu jingħata funeral statali.
Ġorġ ġibed is-simpatija u l-imħabba tal-Maltin billi għal 65 sena sħaħ kien idur il-kurituri tal-isptar u jfarraġ lill-pazjenti bit-taqbil spirtupront tiegħu, il-biċċa l-kbira tagħhom b’temi reliġjużi u dejjem b’messaġġ pożittiv.
Hu kellu 94 sena u miet fir-Residenza San Vinċenz de Paule.
Ġorġ se jingħata l-aħħar tislima għada fil-Kolleġjata ta’ San Lawrenz fil-Birgu fit-15:30.
Ghannejt bil-kliem u b’hajtek; habbejt lill-proxxmu tieghek. Id-dahka helwa tieghek fakkritna fil-Mulej. Ghaziz Gorg Agius, Ghannej tal-Mulej, strieh fil-Hniena u l-Hena tal-Feddej! pic.twitter.com/211uxtawCR
— Bishop CJ Scicluna (@BishopScicluna) March 1, 2021