“Dan L-Aħħar Ritratt Li Ħadt Bilwieqfa” – Il-Ħajja Tiegħek tista Tinbidel FSekonda.
“Dan l-aħħar ritratt li ħadt bilwieqfa. Konna qegħdin fuq cruise mal-ħbieb tiegħi. Proprju ftit qabel kont skoprejt li għandi l-ALS.”
Hekk kiteb Bjorn Formosa fuq il-midja soċjali tiegħu, ħsieb li jġiegħelek tirrifletti u taħseb kemm kull sekonda li ngħixu fih valur kbir.
“Dak iż-żmien ma kellix idea xi tfisser! Kont skoprejt għax kont qed naqa’ ta’ spiss. Saqqajja bdew iċedu u ma stajtx nibqa’ bilwieqfa. Wara li għamluli d-dijanjosi, għamilt diversi riċerki fuq il-kundizzjoni u skoprejt li bil-mod il-mod ser nibda nitlef l-aċċess tal-muskoli tiegħi kollha.”
Tenna li bħalissa f’Malta qed jinstabu madwar 30 pazjent fis-sena bl-ALS. Dawn b’xi mod jew ieħor qed jieħdu l-għajnuna minn DAR Bjorn. Din id-dar qiegħda hemm biex tgħin lil dawn il-persuni kif ukoll oħrajn li jbatu minn mard newreloġiku ieħor.
Din it-Tieni dar ser tkun qed tgħin aktar persuni jkollhom id-dinjità meħtieġa biex jgħixu. Int tista’ tgħin billi…
Iċċempel 5100 2017 – €20
Iċċempel 5190 2075 – €50
jew tibgħat SMS fuq 50618936 – €6.99
SMS 5061 9271 €11.65
BOV Mobile Pay 7909 6249
Inti tajt sehemek?