“Determinat Li Nara Li Ssir Ġustizzja – L-Istituzzjonijiet Ta’ Pajjiżna Qed Jaħdmu” – Il-Prim Ministru

Il-Prim Ministru Robert Abela wieġeb lil Albert Galea mill-Malta Independent li determinat li jara li ssir ġustizzja u dak kollu li sar f’dawn l-aħħar xhur, juru li l-Gvern huwa kommess li jara li f’dawn li dan isisr.
Hawnhekk tenna, li f’pajjiżna kellna kultura li bdiet tinbena fid-disgħinijiet fejn int kellek gvern u kabinett ta’ Ministri li għalih taf x’kienet tfisser maħfra presidenzjali? Li b’daqqa ta’ firma taqleb deċiżjoni tal-qorti u lil traffikant tad-droga terġa tibagħtu lura pajjiżu u ma jiskonta xejn mis-sentenza.