Diġà Tliet Snin Minn Meta Tlifna Lil Charles Miceli…

 Diġà Tliet Snin Minn Meta Tlifna Lil Charles Miceli…

Ilbieraħ 8 ta’ Marzu kien it-tielet anniversarju mit-telfa ta’ Charles Miceli. Kien attivist favur il-fqar u ħadem ukoll fost persuni bil-problema tad-droga.

Kien beda l-karriera tiegħu bħala ġurnalist u mbagħad kompla jaħdem fil-qasam ta’ rijabilitazzjoni ta’ persuni li jinħakmu mid-droga fi ħdan il-Caritas.

Mexxa wkoll il-programm tal-Caritas immirrat li jgħin lill-ħabsin u anke serva bħala Kap Eżekuttiv tal-Alleanza kontra l-faqar.

Ħa ġieħ in-Naxxar u anke ssemmiet triq għalih f’dan il-lokal fejn kien jgħix mill-kunsill lokali … Kien bniedem li ta qalbu għall-oħrajn. Insellmu l-memorja tiegħu.

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com