Din It-Tfajla Ilha Sena Li Ddeċidiet Li Tieqaf Tneħħi S-Suf Ta’ Fuq Il-Wiċċ

 Din It-Tfajla Ilha Sena Li Ddeċidiet Li Tieqaf Tneħħi S-Suf Ta’ Fuq Il-Wiċċ

Eldina hija tfajla mid-Danimarka li ilha sena ma tneħħi sufa minn fuq wiċċha. L-għan tagħha huwa li tgħin tfajliet oħrajn iħossuhom kunfidenti u jaċċettaw id-dehra tagħhom kif inhi.

Is-sit Bright Side iltaqa’ ma’ Eldina għal intervista, fejn hija qalet li d-deċiżjoni li tibda’ żżomm is-suf fuq il-wiċċ għamlitha wara ħafna ħsieb u ma kinitx deċiżjoni li ħadet fi ftit żmien.

Eldina qalet li tħoss li la mara, b’mod naturali jkollha s-suf, ma tarax għalfejn għandu jkollha kważi obbligu li tneħħih, ġaladarba fil-każ tal-irġiel ma jiġrix hekk.

“Sirt dejjem iktar frustrata li kelli noqgħod inneħħi s-suf mingħajr ebda raġuni. Nara l-irġiel joħorġu barra mingħajr ma jneħħu l-leħja, allura għaliex għandi jien nirranġa l-eyebrows u nneħħi l-mustaċċi? Indunajt li stajt inqatta’ l-ħin tiegħi ħafna aħjar. M’inix kontra t-tqaxxir tas-suf, imma hija l-aspettattiva li kull mara għandha tagħmel dan li ddejjaqni.”

Eldina qalet li meta tellgħet ir-ritratt tagħha wara li kienet ilha sena ma tmiss pinzetta ma’ wiċċha, kellha mijiet ta’ kummenti negattivi mill-irġiel u madwar 5 kummenti negattivi minn nisa oħra. Dan juri kemm in-nisa jistgħu jifhmu aktar dak li qed tgħid u tagħmel Eldina. Hija rċeviet diversi messaġġi ta’ ringrazzjament mingħand nisa li kienu jħossuhom waħedhom u li kienu jaħsbu li huma l-uniċi nisa li jekk ma jieħdux ħsieb jispiċċaw biex ikollhom naqra suf mhux ħażin fuq wiċċhom.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com