Diska Maltija F’Lista Ewropea Li Tiċċelebra Lill-Mara
Bħala parti miċ-ċelebrazzjoni ta’ Jum il-Mara, il-Partit tas-Soċjalisti u Demokratiċi fi ħdan il-Parlament Ewropew ħejja lista ta’ 21 diska.
Bit-titlu ‘To All Women of Europe’, din il-lista hija disponibbli fuq Spotify.
Fost id-diski hemm ‘Maddalena’ ta’ Etnika, li huwa grupp folk Malti.
Din id-diska, li hija bil-Malti, kienet issuġġerieta mill-uffiċċju tal-Ewroparlamentari Malti Cyrus Engerer.
“Fix-xogħol tagħna fil-Parlament Ewropew aħna ambaxxaturi ta’ pajjiżna wkoll. F’kull opportunità li se jkolli se nkun qiegħed inwassal l-espressjoni artistika Maltija fil-Parlament Ewropew”, spjega Engerer ma’ Strada Rjali.