Dodo Ta’ Ħamrun Fl-Skwadra Nazzjonali Ta’ Cape Verde

 Dodo Ta’ Ħamrun Fl-Skwadra Nazzjonali Ta’ Cape Verde

Ailton Jorge Dos Santos Soares, magħruf aħjar bħala Dodo, ġie msejjaħ fl-skwadra nazzjonali ta’ Cape Verde għaż-żewġ partiti ta’ kwalfikazzjoni tat-tazza tan-nazzjonijiet Afrikani kontra l-Kamerun u l-Mozambique rispettivament. Il-kowċ tat-tim nazzjonali ta’ Cape Verde Pedro Brito sejjaħ skwadra ta’ 30 plejer għal dawn iż-żewġ konfronti.

Din l-aħbar qed titqies bħala waħda pożittiva speċjalment għad-diriġenza ta’ Hamrun Spartans li irnexxilhom jakkwistaw lil dan il-plejer fil-bidu tal-istaġun. Dodo huwa plejer li mhux biss stabilixxa ruħu fit-tim ta’ Ħamrun Spartans iżda wkoll huwa wieħed mill-aqwa barranin fil-Kampjonat Premier Malti f’dan l-istaġun.

Filfatt Dodo rebaħ darbtejn l-unur tal-plejer tax-xahar tal-Assoċjazzjoni Maltija tal-futbol f’Diċembru u Jannar.

 

Ritratt: MFA

 

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com