€20 Miljun Biex Jirkupra S-Settur Turistiku
Permezz ta’ injezzjoni ta’ €20 miljun, il-Gvern ippreżenta l-pjan ta’ rkupru għat-turiżmu.
Dan jinkludi għajnuna u impenn dirett lejn in-negozji biex pajjiżna jibda jipprepara għall-futħ gradwali tas-settur turistiku mill-bidu ta’ Ġunju li ġej.
Il-Ministru għat-Turiżmu u l-Protezzjoni tal-Konsumatur Clayton Bartolo spjega kif fil-ġimgħat u x-xhur li ġejjin se jitħabbru skemi mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu dedikati għal operaturi tal-ivvjaġar, l-iskejjel tal-Ingliż, is-settur tal-Konferenzi u s-settur tal-avvenimenti u l-festivals.
Se jkun hemm ukoll inizjattivi li jindirizzaw il-Quality Assured Visitor Attractions, it-turisti indiviwali, long-stay tourists, turiżmu sportiv u diving tourism.
Il-Ministru qal li l-ewwel swieq li pajjiżna se jkun qed jiftaħ għalihom huma dawk Ewropej u tar-Renju Unit, hekk kif dawn l-istess pajjiżi mistennija
Ħabbar ukoll li għas-sajf li ġej, l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta se jkun fuq il-mappa ta’ 18-il linja tal-ajru differenti, b’erbgħa minnhom se jkunu qed joperaw għall-ewwel darba f’pajjiżna.
Dan filwaqt li fejn jidħlu cruiseliners, il-Valletta Cruise Port ħabbret li Malta se tifforma parti minn 34 rotta differenti mill-cruiseliners li se jaslu fil-Port il-Kbir.
Ritratt: Reuben Piscopo / DOI