€65,000 Għal Kull Kumpanija Li Tinvesti Fl-Operat Tagħha F’Għawdex

 €65,000 Għal Kull Kumpanija Li Tinvesti Fl-Operat Tagħha F’Għawdex

Tnediet il-Gozo Back Office Employment Refund Scheme, bil-għan li entitajiet privati jkunu nkoraġġuti jestendu, jkabbru u jinvestu fl-operat tagħhom f’Għawdex.

L-iskema, li hija miżura tal-Baġit 2021, hija mmirata għall-investiment barrani f’Għawdex u għall-kumpaniji lokali, sabiex jinħoloq iktar xogħol ta’ kwalità u sostenibbli f’Għawdex.

L-impjiegi ġodda f’Għawdex li jiġu kklassifikati bħala Back Office mill-1 ta’ Marzu 2020, se jkunu jistgħu jgawdu minn rimborż tas-salarju li jkun ikkalkulat skont il-paga tal-impjegat. Kull kumpanija tista’ tgawdi minn massimu ta’ €65,000 fis-sena minn din l-iskema.

F’din l-iskema hemm tliet wage brackets, fejn aktar ma tkun għolja l-paga, aktar ikun ir-rimborż tas-salarju li tkun tista’ tibbenifika minnu l-kumpanija. L-ammonti tar-rimborżi tas-salarju għal kull ħaddiem ivarjaw bejn €4,500 u €8,000 fis-sena.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com