Emmanuel Camilleri Jirbaħ Kumpens Ta’ €23,000 Wara Li Spiċċa L-Ħabs Fuq Gidba Minn Bintu U L-Eks-Mara

Emmauel Camilleri li kien weħel il-ħabs wara li l-eks-mara tiegħu gidbet fuqu li abbuża sesswalment minn binthom rebaħ €23,000 f’kumpens għal dak li għadda minnu.
Emanuel Camilleri kien ġie ikkundannat sentejn ħabs li minnhom qatta 397 jum.
Wara li l-bint ammettiet li gidbet fuqu wara pressjoni minn ommha, li wkoll gidbet fuqu, Camilleri nħeles u l-Pulizija ħadet passi kriminali kontrihom it-tnejn.
Huwa fetaħ kawża ċivili biex jingħata kumpens madankollu, għalkemm ismu tneħħa minn fuq ir-reġistru ta’ dawk li jabbużaw mit-tfal, kumpens ma ngħatax.
Camilleri appella u issa tliet imħallfin laqgħulu t-talba u iddikjaraw li kien ħaqqu kumpens.
L-Aġent Imħallef Anthony Ellul u l-Imħallfin Robert Mangion u Toni Abela ordnaw lill-Avukat Ġenerali jħallas l-imsemmi kumpens.
F’din il-kawża Camilleri kellu jidher għalih lill-Avukat Tonio Azzopardi.