Eurovision: Wara Biss Ftit Sigħat; Malta Mal-Favoriti Li Tirbaħ

 Eurovision: Wara Biss Ftit Sigħat; Malta Mal-Favoriti Li Tirbaħ

Wara li lbieraħ fil-5p.m. ġiet żvelata l-kanzunetta l-ġdida ta’ Destiny li biha se tipparteċipa fil-Eurovision Song Contest 2021 f’Rotterdam, l-imħatri dġia qed ipoġġu lil Malta fit-tieni post.

Fl-ewwel post l-imħatri qed ipoġġu l-kanzunetta tal-Iżvizzera u Malta tinsab viċin ferm tagħhom, fit-tielet post hemm il-Bulgarija, iżda l-persentaġġ jonqos drastikament bejn it-tieni u t-tielet post.

Il-kanzunetta ta’ Destiny, bl-isem ‘Je Me Casse’ hija dwar l-inkoraġġiment lin-nisa. Il-lirika ddur fuq raġel li jagħmel minn kollox biex ikun ma’ mara billi juża frażijiet mhux oriġinali u jixtrilha x-xorb, filwaqt li l-mara m’għandha l-ebda interess u trid titlaq minn ħdejh akkost ta’ kollox.

Il-kanzunetta hija waħda uptempo, li tħalli impatt pożittiv fuq min jismaha. Fiha diversi elementi mużikali, fosthom dak electro, pop u r-ritmu ‘four on the floor’.

Ma jonqosx ukoll parti Acapella fuq stil gospel u anke parti ‘soul’.

Din is-sena l-Eurovision se jsir fit-18,20 u 22 ta’ Mejju iżda sa issa mhux deċiż ‘xse jkun il-format minħabba l-pandemija tal-covid-19, li żgur iżda, li din is-sena il-Eurovision ser jirritorna!

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com