Fearne Iwarrab Għal Kollox Dak Li Ntqal Fuq Malta
Il-Ministru Chris Fearne warrab għal kollox dak kollu li ssuġġerixxa il-Kanċillier tal-Awstrija Sebastian Kurz.
Mat-Times of Malta, Fearne spjega li l-vaċċin tal-COVID-19 li kisbet Malta sar pemezz ta’ ftehimiet li ġew maqbula mill-istati membri tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea.
Għaldaqstant, mhux minnu li pajjiżna kiseb b’mod sigriet dożi addizzjonali minn taħt imnieħer l-istati membri tal-Unjoni Ewropea, kif qal Kurz.
Skont dan tal-aħħar, Malta se tikseb tliet darbiet iktar dożi ‘per capita’ sal-aħħar ta’ Lulju.
Fearne qal li l-vaċċin miksub minn Malta sar fi ħdan il-qafas tal-‘Advanced Purchase Agreements’ u l-mekkaniżmi tal-‘Joint Procurement’ kif maqbul mill-Kummissjoni Ewropea u permezz tal-‘EU Joint Steering Committee’.
Id-Deputat Prim Ministru rrimarka li, inċidentalment, il-‘co-chair’ ta’ dan il-kumitat huwa rappreżentant Awstrijakk.