FILMAT: Wara L-Golden Buzzer Joħroġ Il-Vidjow Mużikali Ta’ ‘I Miss You’
Il-kanzunetta tal-‘Golden Buzzer’ ‘I Miss You’ ta’ Emma Cutajar fl-aħħar waslet! Minbarra fuq Spotify u l-pjattaformi l-oħra kollha,‘I Miss You’ għandha wkoll ‘music video’ li tista’ tara fuq YouTube. Il-filmat juri lil Emma tkanta f’atmosfera simili għal waħda talħolm.
Il-‘music video’ għandu l-firma tal-producer magħruf Steven Levi Vella filwaqt li lkanzunetta ġiet prodotta minn Peter Borg minn ‘Railway Studios’. Emma għandha 14-il sena, hija kantawtriċi li reċentement bdiet issib saqajha fl-industrija grazzi għall-prestazzjoni tagħha f ’‘Malta’s Got Talent’. Emma ddeċidiet li tibda bil-produzzjoni ta’ din il-kanzunetta qabel kwalunkwe oħra għall-fatt li hi speċjali ħafna għaliha u għall-familja tagħha. L-audition fejn instemgħet l-ewwel darba din il-kanzunetta, laħqet mijiet ta’ eluf ta’ telespettaturi fuq it-Televiżjoni, YouTube, Facebook, Instagram u TikTok flimkien. Ġiet magħżula wkoll bħala wieħda mill-‘Iktar 10 Auditions Emozzjonali tal-2020’ minn madwar id-dinja minn żewġ stazzjonijiet separati b’miljuni ta’ abbonati fuq YouTube.
Meta kkummentat dwar din il-kanzunetta Emma qalet li din hija waħda għal qalbha ħafna hekk kif hija miktuba dwar oħtha li qatt ma kellha ċ-ċans tiltaqa’ magħha għax mietet qabel ma twieldet Emma. “Għandi ħafna mistoqsijiet dwar kif kienet tkun ħajti li kieku kienet għadha hawn miegħi, u din il-kanzunetta hija dwar dan. Il-kitba tal-mużika tgħinni nesprimi ruħi b’mod li ma nistax nagħmel bil-kliem u allura din il-kanzunetta fiha l-iktar emozzjoni pura.”
Emma qalet li l-pjattaforma li jagħti xow bħal m’hu ‘Malta’s Got Talent’ lit-talent lokali hija xi ħaġa li għal dejjem se tkun grata għaliha. Hija tkompli tispjega li din il-kanzunetta saret saħansitra aktar speċjali għaliha u għall-familja tagħha meta ngħatat il-‘Golden Buzzer’ minn Maxine Aquilina wara l-audition tagħha waqt l-ewwel edizzjoni ta’ Malta’s Got Talent.
Kien għalhekk li ħadet id-deċiżjoni li tibda l-karriera tagħha bil-kanzunetta ‘I Miss You’ bħala lewwel kanzunetta uffiċjali tagħha akkumpanjatha minn music video.
Għalkemm il-kanzunetta hi diġà magħrufa ma’ ħafna partijiet tal-popolazzjoni Maltija, issa ġiet kemmxejn mibdula, prodotta f’‘Railway Studios’ m’ Peter Borg. Ġiet rrekordjata bi strumenti ħajjin; Pjanu ta’ Emma stess, Kitarri ta’ Peter Borg, Bass ta’ Ivan Borg, Live Drums ta’ Raphael Tonna u Cello ta’ Florence Aquilina. Dan il-proġett huwa appoġġjat minn Inglot, Luke Azzopardi, The Sound System, CLD Caruana Light Decor, Medisun Landscapes Ltd., Qronfla, Gormina Bakery & Confectionery, Homeworxs Plus Ltd., DM General Maintenance u Family Callus.
Spotify link:
Instagram: https://www.instagram.com/emma_cutajar/
Facebook: https://www.facebook.com/Emma-Cutajar-2726990220858693
Tiktok: www.tiktok.com/@emma_cutajar