Fjuri Slavaġġ Mhux Jinqatgħu Mill-Kunsill Lokali Tal-Imtarfa…

 Fjuri Slavaġġ Mhux Jinqatgħu Mill-Kunsill Lokali Tal-Imtarfa…

Fir-rebbiegħa, ir-raba’ u l-irqajja tal-ħamrija li nsibu f’numru ta’ lokalitajiet jinksew bil-fjuri, uħud minnhom slavaġġ u li allura għal xi wħud ikkonsidrati bħala ħaxix ħażin.

Il-Kunsill Lokali tal-Imtarfa iddeċieda li dawn il-fjuri ma jinqatgħux sabiex in-naħal jirgħa’ fuqhom. Il-Kunsill qal li qiegħed itenni kampanji oħra minn Kunsilli Lokali barranin li wkoll qedgħin jistħqu bil-bosta fuq dan il-messaġġ, sabiex fjuri ta’ dan it-tip iservu bħala sors ewlieni ta’ ikel għan-naħal .

Fl-aħħar sigħat l-istess messaġġ ġie imxerred minn Wirt iż-Żejtun, għaqda non-governattiva li spiċċat f’battibek ma’ Infrastructure Malta fuq żona fi Triq l-Aħħar Ħbit mit-Torok li hi kienet tamministra u li din l-entita’ assummiet ir-responsabbilita’ tagħha mingħajr konsultazzjoni.

Sadanittant kien imħeġġeġ sabiex il-kunsilli lokali u r-residenti jiżirgħu aktar fjuri slavaġġ għall-benefiċċju tan-naħal.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com