Fl-Aħħar ħin: Il-Limitu Ta’ Persuni f’Dar Jinżel Minn 4 Familji Għal Tnejn
Fl-aħħar ħin, is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika Charmaine Gauci ħabbret li l-limtu ta’ persuni flimkien f’dar naqas minn erbgħa households għal tnejn bil-għan li tkompli tiġi kkontrollata l-imxija tal-Covid-19.
Il-Professur Charmaine Gauci ħabbret dan meta kienet qed twieġeb mistoqsijiet ta’ The Times.
Hi qalet li se jinħareġ avviż legali li se jagħmel dan obbligatorju.
Hija spjegat li jekk koppja jkollha żewtġ itfal bil-familji tagħhom se jkunu jistgħu jżuruhom familja, familja mhux it-tnejn f’daqqa.
Bħal-lum ġimgħa tħabbru miżuri ġodda kontra l-Covid-19 u matul din l-aħħar ġimgħa il-limitu kien ta’ 4 households fl-istess post.