Għajta Għal-lockdown – Int Int Taf Xi Jfisser Lockdown?
Segwitu tal-ammont kbir ta’ każi pożittivi ta’ Covid-19 f’pajjiżna, bdiet tidwi l-għajta fuq il-midja soċjali u f’imkejjen differenti sabiex il-Gvern imur għal lockdown sabiex ikun evitat li l-imxija tal-Covid19 f’pajjiżna tibqa’ tippersisti.
Iżda filwaqt li hemm bosta li qedgħin ixerrdu dan il-ħsieb mhux neċessarjament kulħadd jaf xi tfisser li tmur għal lockdown. F’pajjiżna għandna x-xorti li s’issa ma esperjenzajhiex din ir-realtà. Kien biss għal ftit ġimgħa fejn parzjalment ingħalqet l-attività f’pajjiżna.
Ħarsa lejn il-miżuri madwar pajjiżi oħra Ewropej sibna li dawn jistgħu ikunu r-realtajiet li jġib miegħu lockdown;
• Wieħed ma’ jistax joħroġ mid-dar għal aktar minn ftit siegħat kuljum sabiex jagħmel qadi essenzjali.
• L-ebda attività jew laqgħa ma tkun permessa minn dar għal oħra inkluż bejn familjari.
• Fejn hu possibli x-xogħol jissokta b’mod virtwali.
• L-iskejjel jingħalqu.
• Servizzi mhux essenzjali ma jistgħux jiġu offruti mill-ebda negozju.
• Jingħalqu l-Knejjes u attivita’ reliġjuża oħra
• L-ebda sport ma jkun permess li jiġi prattikat
Dawn huma uħud fost il-miżuri li ġew implimentati madwar l-Ewropa fl-aħħar xhur.
Il-probabbiltà li pajjiżna jimxi lejn din id-direzzjoni kemm –il darba ikun implimentat xi forma ta’ lockdown, għalkemm s’issa l-Awtoritajiet tas-Saħħa irreżistew li jieħdu azzjonijiet ta’ dan it-tip.
Wieħed irrid jifhem ukoll li miżuri ta’ dan it-tip għandhom riperkussjonijiet kbar oħra fuq is-saħħa mentali, il-beneserri u l-ekonomija.
Hekk kif bħalissa qedgħa tidwi l-għajta li ser jitħabbru numri kbar, bosta huma dawk li qedgħin jgħidu tagħhom. Marlene Mizzi, l-ex Membru Parlamentari Ewropew u illum Chairperson tal-Malta Community Chest Fund kienet fost dawk pronti sabiex tgħid tagħha.