“Għamilt Perjodu Ma Noħroġx, Bi Dwejjaq Kbar…”
‘Sibtek’, il-programm li tkun qed tistenna biex issir taf xi ħaġa aktar, nhar is-Sibt se jintroduċina ma’ ħafna aktar stejjer, fosthom dik tax-chef Aaron Degabrielle, li se jitkellem fuq l-esperjenzi li għaddej minnhom u x’qed nistenna fil-futur qarib.
Naomi Stivala se tiftaħ qalbha dwar il-bullying, l-ilsien ħażin li weġġagħha u kif irnexxielha toħroġ minn din is-sitwazzjoni, filwaqt li l-mudella Romina Camilleri tirrakonta iż-żminijiet tal-lum għal dawk ta’ qabel fix-xena tal-imudellar u kif irnexxielha trabbi it-tfal bħala single parent fi żminjijiet differenti . Il-kantant Għawdxi Joseph Refalo jitkellem fuq l-isfidi li kellu jadatta għalihom u t-telfa ta’ ħuh.
Intant, fuq nota differenti, z-zija Netta, li tferraħ ħafna nies bil-vidjos tagħha fuq il-midja soċjali, se taqsam magħna kif ġietha din l-idea u l-proġetti li jmiss.
Waqt Sibtek jissoktaw bosta logħob, mużika u dak kollu li jagħmel kumpanija tajba għas-Sibt waranofsinhar.
Sibtek fis-13:15 fuq TVM.