Għin Ruħek Biex Alla Jgħinek!

 Għin Ruħek Biex Alla Jgħinek!

Qawl li perswaz smajnieħ kemm il-darba. Iżda f’nofs pandemija, x’taqbad tagħmel? Kif ser tgħin lilek nnifsek tkampa? Ħafna nies ppruvaw jzommu ruħhom attivi hekk kif bosta inizjattivi ta’ eżerċizzju feġġew online. Iżda wieħed jistaqsi x’jiġri meta tinqabad bis-sintomi? Jieqaf kollox jew hemm rimedju ?

Skont Dr. Daniel Montero, ortopediku ġewwa Mayo Clinic “L-eżerċizzju huwa mediċina fih innifsu”, huwa jistqarr li tista’ tagħmel l-eżerċizzju f’kas ta’ sintomi ħfief bħal riħ, kongestjoni fl-imnieħer, griżmejn irritati b’mod ħafif. Dan jgħin biex jiftah il-passaġġ tal-imnieħer.

Madanakollu wieħed jirrakomanda li l-intensità u t-tul tal-eżerċizzju jitnaqqsu u fuq kollox wieħed jieħu prekawzjoni jiżola ruħu sakemm jirkupra u jevita kull tip ta’ attività f’każ ta’ għejja, deni, sola u l-mistrieħ huwa l-aħjar soluzzjoni.

Jean Claude Dimech huwa għalliem tal-edukazzjoni fiżika fil-primarja, għal xi snin ikkowċja bosta programmi sportivi mal-Istat u anke privat. Huwa żeffien tal-Ballroom u ilu għal dan l-aħħar 13 b’din il-passjoni għal dan l-isport.

Minn Staradrjali.com, ser insegwuh… hemm ħafna x’niskopru dwar kif inżommu ruħna attivi b’mod aħjar!

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com