Grupp Ta’ ‘Bikers’ fiċ-Ċirkewwa – Il-LESA Jieħdu Azzjoni Mill-Ewwel

Dalgħodu Matthew Cutajar fuq il-midja soċjali tiegħu tella’ ritratti ta’ grupp ta’ ‘bikers’ fiċ-Ċirkewwa u wera r-rabja tiegħu għal din l-attitudni fejn qal: “Ara ma nwaħħlux fil-Gvern jew fl-Oppożizzjoni għal l-injoranza li għandna f’dal pajjiż!”
Spjega kif minħabba nies hekk, ikun hemm ħafna li jbatu u elenka lista sħiħa biex isostni l-argument tiegħu.
Ninsabu infurmati, li l-uffiċjali tal-LESA kienu mill-ewwel fuq il-post u wettqu d-dmirijiet tagħhom kif titlob il-liġi bħalissa.