Haley Bugeja Magħżula Mal-Aqwa 11 Ta’ Taħt l-20 Sena

Haley Bugeja, iż-żagħżugħa Maltija li qed tħalli impatt pożittiv fl-Italja mat-tim ta’ USC Sassuolo, intagħżlet bħala waħda mill-aqwa 11-il plejer femminili ta’ taħt l-20 sena għas-sena 2020.
Dan sar mill-International Federation of Football History & Statistics, b’Bugeja ssib postha fil-lista Ewropea.
Flimkien magħha intgħażlu tliet Ġermaniżi, żewġ Spanjoli, żewġ Ingliżi, Franċiża, Żvediża u oħra mill-Islanda.
Ta’ min jinnota li n-nisa magħżula jilgħabu ma’ timijiet li jġorru magħhom ċertu preġju, bħal Bayern Munchen, Manchester United, Manchester City, Atletico Madrid u Lyon.