Haley Buġeja Tirritorna u Tiskorja

 Haley Buġeja Tirritorna u Tiskorja

Haley Buġeja r-ritornat fit-tim ta’ U.S. Sassuolo u r-rnexxila tiskorja fir-rebħa ta’ 2 – 0  fuq it-tim ta’ San Marino llum wara nofsinhar. Bugeja tilfet l-aħħar żewġ partiti li kellhom Sassuolo u llum bdiet fuq il-bank tas-sostituti.

Hija daħlet tilgħab fil-67 minuta logħob u skurjat it-tieni gowl tal-partita tlett minuti biss wara.

Dan kien is-seba gowl ta’ Bugeja fit-tnax il-partita li kienet parti mill-skwadra tat-tim taljan.

U.S. Sassuolo jinsabu fit-tielet post tal-klassifika b’total ta’ 37 punt.

 

Ritratt: Facebook

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com