“Ħallejtna Hawn Iċċassati… ” – Il-Qalb Muġugħa Ssellem Lil Ramiro

 “Ħallejtna Hawn Iċċassati… ” – Il-Qalb Muġugħa Ssellem Lil Ramiro

“Ġismi għajjien u moħħi qisu turbina tar-riħ, idur idur itella’ l-memorji tant sbieħ tiegħek għażiż Ramiro Mallia.

hekk kitbet Karen Camilleri fuq il-midja soċjali tagħha fejn stqarret li jinsabu ċċassati b’dak li seħħ.

Tenniet li Ramiro ma telaqx waħdu għaliex miegħu, ħa biċċa minn qalbhom.

Jidher li l-ġuvni li kellu 19-il sena miet traġikament kaġun ta’ gass li ħareġ minn heater. Il-Pulizija ntalbet l-assistenza tagħha f’dar fi Triq Santa Katerina f’Ħal Qormi lbieraħ għall-ħabta tal-16.30.

Mill-ewwel investigazzjonijiet, irriżulta li l-ġuvni ntilef minn sensih minħabba l-ħruġ tal-gass mill-istess heater.

Ingħata l-ewwel għajnuna minn tim mediku li mar fuq il-post iżda sfortunatament, tilef ħajtu ftit tal-ħin wara fl-isptar Mater Dei.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com