“Hemm Bżonn Lockdown Issa” – Paul Pace MUMN
Paul Pace il-President tal-MUMN sostna li jidher ċar li hemm bżonn lockdown, bilfors u dan mingħajr mistoqsijiet. Hu sostna dan billi kiteb fuq il-midja soċjali tiegħu waqt li spjega li lockdown mhux referendum tal-pubbliku jew tal-politiċi, u m’hemmx lok fejn wieħed jaqbel jew ma jaqbilx.
Pace għamel dawn il-kummenti fl-isfond tar-rekord ta’ każijiet pożittivi fl-aħħar 24 siegħa u anke wara rapporti li nfetaħ il-5 ITU fl-isptarijiet.