Iktar Riżorsi Għal Epic Permezz Ta’ Ftehim Ġdid
Il-kumpanija Epic ħabbret li biegħet numru ta’ torrijiet u arbli tal-kommunikazzjoni li għandha f’Malta lil Phoenix Tower International.
Minkejja dan il-bejgħ, Epic se tibqa’ s-sid tal-bażi ta’ dawn l-infrastrutturi u se tkompli tieħu ħsieb l-immaniġjar tagħhom.
Il-ftehim se jwassal biex jinbnew siti ġodda u li l-kumpanija Epic se jkollha aċċess għalihom.
Il-Kap Eżekuttiv ta’ Epic, Tamas Banyai, qal li permezz ta’ dan il-bejgħ, il-kumpanija se tara żieda iktar rapida fl-investiment sabiex in-netwerk ċellulari ikun immodernizzat, filwaqt li jibda s-servizz tal-5G.
Ritratt: MaltaToday