Il-Bank Of Valletta Se Jagħti Lura T-Tariffi Li Ttieħdu

 Il-Bank Of Valletta Se Jagħti Lura T-Tariffi Li Ttieħdu

Il-Bank of Valletta se jkun qed jagħti lura t-tariffi li ttieħdu lil dawk li kellhom kontijiet mhux użati jew b’bilanċ taħt l-ammont minimu.

Dan tħabbar wara li l-Bank kellu diskussjonijiet mar-Regolatur.

Din id-deċiżjoni ttieħdet hekk kif kien hemm numru ta’ klijenti tal-Bank of Valletta li ma kienux jafu li ġew introdotti dawn it-tariffi.

Intqal li l-klijenti se jirċievu lura t-tariffi awtomatikament u ma hemmx bżonn li wieħed ikellem lil xi fergħa jew il-Customer Service Centre sabiex jieħu l-flus lura.

Ritratt: MaltaToday

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com