Il-Belarus Skwalifikat Mill-Eurovision
Il-Belarus ġie skwalifikat mill-festival tal-Eurovision wara li għal darbtejn ippreżentat kanzunetti li kisru r-regoli tal-istess kompetizzjoni.
Il-pajjiż intalab jippreżenta kanzunetta ġdida ġimgħatejn ilu fuq tħassib li l-ewwel waħda kellha konnotazzjonijiet politiċi.
Iżda l-kanzunetta l-ġdida, li saret mill-istess grupp, ġiet deskritta mhux xierqa mill-organizzaturi tal-Eurovision.
Il-grupp Galasy ZMesta huwa magħrufa li jwaqqa’ għaż-żufjett protesti kontra l-gvern.
Ritratt: Reuters