Il-COVID-19 B’Daqqa Ta’ Ħarta Lill-Industrija Tal-Cruiseliners

 Il-COVID-19 B’Daqqa Ta’ Ħarta Lill-Industrija Tal-Cruiseliners

Sena wara sena, l-ibħra Maltin ikunu kkarratterizzati minn numru ta’ cruiseliners li jieqfu pajjiżna jew inkella jkunu għaddejjiin fil-viċin.

Is-sena 2020 kellha tkun sena rekord għall-cruise liners, u mhux għal dawk li jiffrekwentaw lil Malta biss, hekk kif in-numru ta’ passiġġieri kien qed jikber sena wara l-oħra.

Iżda kontra dak mistenni, dawn il-bastimenti spiċċaw abbandunati kawża tal-pandemija li ġabet magħha l-COVID-19.

Sal-2018, il-cruise liners kienu kkunsidrati bħala l-ikbar industrija fis-settur tat-turiżmu, u huma stmati li jiġġeneraw mal-150 biljun dollaru Amerikan.

Il-coronavirus faqqa fiċ-Ċina, u kellu jkun cruiseliner li, għal bidu, irreġistra t-tieni l-ikbar ammont ta’ nies infettati f’żona waħda. Dan kien id-Diamond Princess, wara li passiġġier li nieżel u tela’ l-cruisliner f’Hong Kong irriżulta pożittiv.

Kawża ta’ hekk, dawk kollha abbord kellhom joqgħodu fi kwarantina fuq l-istess cruiseliner, b’iktar minn 700 minnhom jiġu nfettati. 14-il persuna tilfu ħajjithom.

Il-konfużjoni laqtet lil ħafna cruiseliners li kienu qed isalpaw meta faqqgħet il-pandemija. Sussegwentament, dawn waqfu joperaw, u dan wassal għal telf ta’ miljuni kbar ta’ dollari Amerikani u impjiegi.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com