Il-Festival Mużika Mużika Ser Jirritorna S-Sena Dieħla – Jarawh Aktar Minn 320,000

Il-festival Mużika Mużika ser jirritorna is-sena dieħla. Din l-aħbar kienet żvelata fuq il-paġna ta’ Mużika Mużika li fiha tħabbar ukoll li l-festival rawh 320,000 spettatur.
Il-Festival kien organizzat fuq 3 serati bejn il-Ħamis u s-Sibt filgħaxija u ntrebaħ minn Glen Vella.
Il-Festival Mużika Mużika, Festival Kanzunetta Maltija irritorna din is-sena wara ħafna snin u rritorna bil-kbir bi spettaklu tal-aqwa livell.