Il-Funtana Tritoni Mixgħula Ħadra

 Il-Funtana Tritoni Mixgħula Ħadra

Jumejn ilu qsamna magħkom ritratt ta’ xmara f’Chicago li nbidlet f’waħda ħadra bħala ċelebrazzjoni għal Jum San Patrizju.

Illum huwa l-jum li fih jiġi ċċelebrat il-qaddis patrun tal-Irlanda.

Sal-2019, f’pajjiżna kienu jsiru ħafna attivitajiet, bil-birra u l-kulur aħdar ikunu ċ-ċentru tal-attenzjoni.

Dawn kellhom jitħassru minħabba l-pandemija għal sentejn sħaħ.

Għal dis-sena, l-Ambaxxata tal-Irlanda f’Malta issieħbet fil-‘Global Greening’, bid-dwal tal-Funtana tat-Tritoni jinxtgħelu ħodor.

Din l-inizjattiva ġiet deskritta bħala sinjal ta’ tama u sens ta’ rabta mal-Irlandiżi madwar id-dinja kollha.

Ritratt: Clodagh Farrugia O’Neill

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com