Il-Gvern Se Jħabbar Miżuri Ġodda Kontra L-Covid-19 – Robert Abela
Fil-ħin li ġej il-Gvern se jħabbar miżuri ġodda kontra l-Covid-19 wara r-rekord ta’ 510 każi ġodda fl-aħħar 24 siegħa, dan ħabbru l-Prim Ministru Robert Abela fil-Parlament illum. Sa issa mhux magħruf x’ħin il-Prim Ministru se jħabbar dawn il-miżuri ġodda.
Il-Prim Ministru qal li bl-iktar mod trasparenti, se nkunu qed inħabbru aktar mizuri wara li ilna tul il-ġurnata niddiskutu mal-Awtoritajiet tas-Saħħa.
Robert Abela qal ukoll li “fuq il-Covid-19, ma konniex perfetti, iżda ma konniex gallarija nikkritikaw biss u nippolitiċizzaw il-pandemija. Aħna se nibqgħu nħarsu s-saħħa tal-poplu Malti u Għawdxi”.