“Il-Kap Tal-Opożizzjoni Għandu Kunsilliera Tiegħu Stess Li Jinsistu Biex Il-Laqgħat Isiru L-Kunsill”
“Il-Kap Tal-Opożizzjoni Għandu Kunsilliera Tiegħu Stess Li Jinsistu Biex Il-Laqgħat Isiru L-Kunsill.” Hekk tenna s-Sindku tal-Gżira Conrad Borg Manchè fuq il-midja soċjali tiegħu fejn saħaq li jiddejjaq ikun konfrontattiv iżda ried jgħid dak li jħoss.
Saqsa x’parir ġenwin ta l-Kap tal-Opożizzjoni minflok jinħela fit-tgħajjir u spjega kif kunsilliera tal-PN insistew li l-laqgħat isiru l-kunsill fejn l-istess Minority leader (Jeremy Cardona), wara żewġ laqgħat ilu, ċempillu u qallu li jinsab pożittiv għall-Covid-19.
“Dik ma qalx il-KTO, immur jippontifika u fl-istess nifs jgħawwi lill-kunsilliera tiegħu biex jagħmlu bil-maqlub. Ipokrezija li qatt ma rajt bħala.”, temm jgħid is-Sindku.