Il-Kap Tas-Segretarjat U S-Segretarju Permanenti Huma Nisa Ta’ Mudell Għall-Ħaddieħor…

 Il-Kap Tas-Segretarjat U S-Segretarju Permanenti Huma Nisa Ta’ Mudell Għall-Ħaddieħor…
Fl-okkażjoni ta’ Jum il-Mara, il-Ministru għar-Riċerka, l-Innovazzjoni u l-Koordinazzjoni tal-Istrateġija Wara COVID-19 Dr. owen Bonnici ried jagħti ġest ta’ ringrazzjament lil Remenda Grech tas-sapport kontinwua u l-ispalla li toffrilu fil-ħidma tiegħu. Iżda wkoll, lis-Segretarja Permanenti tal-Ministeru Joyce Dimech u lill-Kap tas-Segretarjat tiegħu
Angele Abela.
Tenna: “Kollha kemm huma jgawdu rispett kbir frott il-ħidma professjonali tagħhom fid-diversi sferi.
Naturalment ma jistax jonqos li fuq livell personali nirringrazzja kull ħin u kull jum lil Remenda li mhux biss hija ta’ support kruċjali f’dak kollu li nagħmel imma wkoll hija persuna li fil-karriera tagħha tagħmel ħafna u ħafna ġid.”
Kien hawn fejn irikonoxxa wkoll il-ħidma ta’ żewġ nisa abbli fi ħdan il-Ministeru li jmexxi: is-Sinjuri Joyce Dimech u Angele Abela fejn saħaq: “għandi ħafna kliem ta’ ringrazzjament lejhom għax-xogħol eċċellenti li huma jwettqu. Huma nies ta’ kalibru, serji u ta’ impenn qawwi u mudell għal ħaddieħor.”
Semma wkoll kif anke issa fi ħdan il-Ministeru preżenti, wera li jemmen f’opportunitajiet indaqs mhux illum biss imma kuljum, fejn ftit ilu ħatar ukoll lill-Professur Simone Borg bħala Chairperson tal-core group għall-ko-ordinazzjoni tal-istrateġija ta’ wara l-Covid-19.
“Aħna se nibqghu naħdmu kull ħin biex nippromwovu opportunitajiet indaqs mhux biss illum imma kuljum.”, temm jgħid il-Ministru Bonnici.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com