Il-Knisja Mhux Se Tagħti L-Barka Tagħha Għall-Unjoni Bejn Koppji Tal-Istess Sess

 Il-Knisja Mhux Se Tagħti L-Barka Tagħha Għall-Unjoni Bejn Koppji Tal-Istess Sess

Il-Vatikan qal li l-Knisja Kattolika mhux se tagħti l-barka tagħha għall-unjoni bejn persuni tal-istess sess. Dan intqal fi stqarrija maħruġa mill-Kongregazzjoni għad-Duttrina tal-Fidi, u li kienet approvata mill-Papa Franġisku.

CNN innutat li d-deċiżjoni meħuda se twassal biex tkompli tikber il-qasma li hemm bejn il-Knisja u l-komunità LGBTIQ.

Is-Santa Sede ddeskriviet l-unjoni bejn koppji tal-istess sess bħala għażla, u ddeskrivithom bħala dnub u li ma jistgħux jiġu rikonoxxuti skont il-pjan t’ Alla.

B’diżappunt kbir għal miljuni ta’ Kattoliċi gays u liżbjani madwar id-dinja, il-Kongregazzjoni qalet li l-unjoni omosesswali ma tistax tkun kkunsidrata bħala leġittima.

L-istqarrija żiedet tgħid li Alla ma jberikx id-dnub.

Fil-passat, il-Papa Franġisku kemm-il darba kien imfaħħar għat-ton li juża favur il-persuni LGBTIQ, kemm dawk li huma Kattoliċi u kemm dawk li m’humix.

L-istqarrija tal-Knisja Kattolika kienet daqqa ta’ ħarta għal dawk kollha li kienu qed jittamaw li l-istituzzjoni se timmodernizza l-mod kif taħseb fuq l-omosesswalità. Dan hekk kif għexieren ta’ pajjiżi, inkluż Malta, illegalizzaw iż-żwieġ bejn koppji tal-istess sess.

Ta’ min jinnota li meta kienet irrappurtata l-istqarrija, kienu diversi dawk li kkumentaw kontra l-mod kif il-midja, speċjalment dik Amerikana konservattiva, użat il-qerq tagħha kontra l-Papa Franġisku.

Dan wassal biex il-midja tikkoreġi dak li kitbet, fosthom li ma ntqalx li l-omosesswalità hija dnub, imma l-att sesswali bejn l-istess koppja barra ż-żwieġ huwa dnub, iġifieri l-istess pożizzjoni li l-Knisja tieħu f’sitwazzjonijiet ta’ koppji eterosesswali.

L-istqarrija qalet li l-gays u l-liżbjani, bħala individwi, jistgħu jirċievu l-barka jekk jgħixu skont it-tagħlim tal-Knisja.

Ritratt: Sky News

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com