Il-Mara Tal-Prim Ministru Dr Lydia Abela Tinħatar President Ta’ Special Olympics Malta

 Il-Mara Tal-Prim Ministru Dr Lydia Abela Tinħatar President Ta’ Special Olympics Malta

Il-bord eżekuttiv ta’ Special Olympics ħatar lil mart il-Prim Ministru Dr Lydia Abela bħala President ta’ Special Olympics Malta.

Id-Direttur Nazzjonali ta’ Special Olympics Malta, Anna Calleja qalet huwa ta’ unur li Dr. Lydia Abela ingħaqdet mal-familja kbira tal-iSpecial Olympics Malta.

Hi qalet “Jiena inħares il quddiem sabiex fllimkien ngħatu dak kollhu possibli lil kull atleta sabiex kull wieħed u waħda minnhom tizzviluppa il-potenzjal tagħha.”

Dan huwa żmien eċċitanti u impenjattiv għal Special Olympics Malta, hekk kif is-sena li ġejja Malta se tkun qed tospita l-logħob internazzjonali ta’ Special Olympics.

F’laqgħa li kellha mal-atleti kif ukoll mal-ġenituri, Dr Lydia Abela qalet li hija onorata li se tkun qiegħda taħdem mat-team eċċelenti ta’ Special Olympics. Dr Abela qalet li se tkun qed taħdem sabiex tinvesti fl-atleti tagħna, b’potenzjal kbir li dejjem għamlu ġieħ lill-pajjiżna.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com