Il-Pandemija twaqqaf Il-Logħbiet Mill-Kampjonati Tal-Futbol Taż-Żgħażagħ
Pospost il-programm ta’ partiti minn issa sal-waqfa minħabba t-tieqa internazzjonali (mit-8 tat-22 ta’ Marzu) tal-Kampjonati tal-Youths organizzati mill-Malta Football Association.
It-tħabbir il-Ħamis li għadda tal-miżuri restrittivi fuq l-isport ta’ kuntatt għal persuni ta’ 16-il sena u inqas, wassal biex l-MFA analizzat l-impatt li jħalli fuq il-players f’din l-età fil-Youth League.
L-MFA qalet, “Tali impatt huwa mħallat u jolqot klabbs differenti b’modi differenti. Fi kwalunkwe każ, wieħed irid iħares lejn l-integrità kif ukoll is-sostenibilità tal-kompetizzjoni”.