Il-Permess Ħareġ.. Malta v Russja f’Ta’ Qali.. Ikkonferma’ Waqt Offside il-Vici President Tal-MFA Dr. Matthew Paris
Id-dubji issa eliminati u l-Partita mit-Tazza tad-Dinja Qatar 2022, naturtallment Kwalifikazzjoni Żona Ewropeja Grupp Ħ bejn Malta u r-Russja ser tintlgħab kif skedat oriġinarjament fl-Istadium Nazzjonali, nhar l-Erbgħa 24 ta’ dan ix-xahar.
Ħabbar dan il-Viċi President tal-MFA l-Avukat Matthew Paris f’intervent ‘online’ it-Tnejn filgħaxija waqt il-programm tal-Futbol Lokali “Offside”.
Kien hem dubji kbar dwar ir-rendiment tal-partita fl-Istadium Nazzjonali wara l-miżuri mħabbra l-ġimgħa li għaddiet mill-Awtoritajiet tas-Saħħa, madankollu l-MFA skattat bi proċess ta’ diskussjonijiet mal-Gvern u l-istess Awtoritajiet tas-Saħħa, li milli jidher eżentaw lit-Timijiet Nazzjonali mill-Avviż Legali li sal-11 t’April li ġej huwa pprojbit sport organizzat jew li jitkomplew kompetizzjonijiet sportivi.
Malta b’hekk tkompli bil-preparamenti tagħha għal dan it-test triplu ferm u ferm iebes, l-ewwel logħbiet f’kompetizzjoni ġdida mill-grupp ta’ Kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja, l-logħba msemmija ‘home’ kontra r-Russja, segwita minn żewġ impenji lil hinn minn xtutna, kontra l-finalisti telliefa fl-aħħar Tazza tad-Dinja, l-Kroazja, qabilha dwell ieħor impenjattiv kontra s-Slovakkja.