Il-PM Jilqa’ Lir-Rebbieħ Ta’ ‘Mużika Mużika’ Glen Vella F’Kastilja

 Il-PM Jilqa’ Lir-Rebbieħ Ta’ ‘Mużika Mużika’ Glen Vella F’Kastilja

Il-Prim Ministru Robert Abela illum laqa’ fil-Berġa ta’ Kastilja lil Glen Vella, ir-rebbieħ tal-Festival Kanzunetta Maltija ‘Mużika Mużika’.

Dr Robert Abela tenna li dan il-festival qed iservi ta’ pjattaforma prestiġjuża għal mużika bil-lingwa Maltija u jagħti opportunità lil kantanti, awturi u kompożituri lokali jesebixxu t-talenti tagħhom.

Stqarr li l-gvern se jkompli jagħti r-riżorsi kollha neċessarji biex dawn it-tip ta’ festivals jibqgħu jitniżżlu fil-kalendarju kulturali ta’ pajjiżna.

Għal darb’oħra, awguri Glen Vella.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com