Il-Poplu Jingħaqad Waqt ‘Mużika Mużika’ – Eluf Ta’ Kummenti Pożittivi

 Il-Poplu Jingħaqad Waqt ‘Mużika Mużika’ – Eluf Ta’ Kummenti Pożittivi

Il-festival ‘Mużika Mużika’ organizzat minn Festivals Malta fi ħdan il-Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u Gvern Lokali, rċieva rispons enormi. Eluf ta’ persuni kitbu fuq il-midja soċjali sabiex jesprimu kemm dan il-festival kien bżonnjuż fiċ-ċirkustanzi li ninsabu fihom sabiex wieħed seta’ jgħix doża ta’ normalità fis-sigurtà ta’ daru. Il-maġġoranza assoluta tal-kummenti fuq il-midja soċjali dwar dan il-festival huma pożittivi ħafna, filwaqt li l-poplu issa jinsab ħerqan għat-tieni serata li se ssir llejla u għas-serata finali ta’ għada s-Sibt.

Anki l-Prim Ministru u l-Kap tal-Oppożizzjoni qablu dwar  il-livell għoli ta’ dan il-Festival, minkejja li mhix xi ħaġa li tiġri ta’ kuljum.


Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com