Il-Prim Ministru Franċiż Jieħu L-Vaċċin Ta’ AstraZeneca Sabiex Jinkoraġixxi Liċ-Ċittadini

French Prime Minister Jean Castex receives the first injection of the Astrazeneca vaccine against the COVID 19 at the BÈgin Army Hospital, Saint-MandÈ, France on March 19, 2021. Photo by Eliot Blondet/Abaca/Sipa USA
Il-Prim Ministru Franċiż irċieva l-vaċċin tal-AstraZeneca lbieraħ bil-għan li jagħmel kuraġġ liċ-ċittadini sabiex jieħdu din it-tilqima, dan wara li ftit tal-jiem ilu Franza kienet waqqfet l-amministrazzjoni ta’ dan il-vaċċin minħabba rapport ta’ emboli fid-demm.
Nhar il-Ħamis, l-Aġenzija Ewropea tal-Mediċni kkonfermat li l-vaċċin ta’ AstraZeneca huwa sigur u effettiv u għalhekk diversi pajjiżi, fosthom Franza, qed jerġgħu jibdew jagħtu dan il-vaċċin.